Il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel (MAFF) huwa responsabbli mill-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki li jappoġġjaw is-setturi tal-agrikoltura, is-sajd, l-akkwakultura u l-provvista tal-ikel f’Malta. Il-Ministeru jaħdem sabiex isaħħaħ dawn is-setturi permezz tal-iżvilupp sostenibbli, l-innovazzjoni u l-investiment strateġiku, filwaqt li jiżgura r-reżiljenza u l-kompetittività tagħhom fit-tul.
Il-Ministeru jikkollabora mill-qrib mal-bdiewa, is-sajjieda, l-operaturi tal-akkwakultura, l-entitajiet pubbliċi u partijiet interessati oħra sabiex jippromwovi l-ġestjoni responsabbli tar-riżorsi, jinkoraġġixxi l-iżvilupp rurali u jappoġġja t-tkabbir kontinwu tal-produzzjoni primarja. Barra minn hekk, jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-politiki u l-programmi nazzjonali u tal-Unjoni Ewropea li jikkontribwixxu għall-avvanz ta’ dawn is-setturi.
Il-provvista tal-ikel tifforma parti integrali mill-portafoll tal-Ministeru. Il-Ministeru huwa impenjat li jippromwovi sistema alimentari reżiljenti u sostenibbli li tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-ikel nazzjonali, tappoġġja l-kontinwità tal-ktajjen tal-provvista tal-ikel u ssaħħaħ il-fiduċja tal-pubbliku fid-disponibbiltà u l-integrità tal-ikel madwar il-Gżejjer Maltin.
Permezz ta’ tfassil ta’ politiki bbażati fuq l-evidenza, konsultazzjoni u involviment attiv tal-partijiet interessati, il-Ministeru jistinka biex jindirizza l-isfidi attwali filwaqt li jidentifika opportunitajiet għall-innovazzjoni u t-tkabbir sostenibbli. Huwa jappoġġja wkoll inizjattivi li jtejbu l-produttività, jinkoraġġixxu l-investiment u jsaħħu l-kapaċità ta’ Malta biex tilqa’ għall-ħtiġijiet futuri fis-setturi tal-agrikoltura, is-sajd u l-provvista tal-ikel.
Il-Ministeru jibqa’ impenjat li jħares l-interessi tas-setturi tal-agrikoltura, is-sajd, l-akkwakultura u l-provvista tal-ikel, filwaqt li jikkontribwixxi għall-ġid ekonomiku, ambjentali u soċjali tal-pajjiż.
📢 Opportunitajiet ta’ Impjieg fi ħdan l-ARPA.
Bħalissa jinsabu miftuħa l-applikazzjonijiet għall-pożizzjonijiet li ġejjin fi ħdan l-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA):
🔹 Manager (Paying Agency)
🔹 Senior Manager (Paying Agency)
Iż-żewġ sejħiet huma miftuħa għall-pubbliku ġenerali u huma għal pożizzjonijiet definiti fil-kategorija Amministrattiva u Maniġerjali.
📅 Data tal-għeluq: Il-Ġimgħa, 14 ta’ Awwissu 2026
⏰ Ħin tal-għeluq: 13:30
Dawk interessati huma mħeġġa jikkonsultaw is-sejħiet sħaħ, inklużi l-kriterji tal-eliġibbiltà u r-rekwiżiti tal-applikazzjoni, permezz tal-Portal tar-Reklutaġġ tal-Gvern:
🔗 Manager (Paying Agency): shorturl.at/btz19
🔗 Senior Manager (Paying Agency): shorturl.at/qZia1”
---
📢 Career Opportunities within ARPA.
Applications are currently open for the following positions within the Agriculture and Rural Payments Agency (ARPA):
🔹 Manager (Paying Agency)
🔹 Senior Manager (Paying Agency)
Both calls are open to the general public and are for definite positions within the administrative and managerial category.
📅 Closing date: Friday, 14 August 2026
⏰ Closing time: 13:30 hrs
Interested applicants are encouraged to consult the full calls, including the eligibility criteria and application requirements, through the Government Recruitment Portal:
🔗 Manager (Paying Agency): shorturl.at/btz19
🔗 Senior Manager (Paying Agency): shorturl.at/qZia1”
... See MoreSee Less